17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/36
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-284/17)
(2017/C 231/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marion Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2017 fuq it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Marine Le Pen 2016/2295 (IMM);
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas lil Marine Le Pen is-somma ta’ EUR 35 000 abbażi tal-kumpens għad-dannu morali subit;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas lil Marine Le Pen is-somma ta’ EUR 5 000 abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanzi.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 fuq il-privileġġji u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“protokoll”). Dan il-motiv jinqasam f’erba’ partijiet.
—
L-ewwel parti, ibbażata fuq il-portata tal-immunità prevista fl-Artikolu 8 tal-protokoll.
—
It-tieni parti, ibbażata fuq is-suġġett tal-immunità prevista fl-Artikolu 8 tal-protokoll.
—
It-tielet parti, ibbażata fuq is-salvagwardja tradizzjonali mill-Parlament tal-immunità prevista fl-Artikolu 8 tal-protokoll.
—
Ir-raba’ parti, ibbażata fuq il-ksur tal-immunità ta’ M. Le Pen prevista fl-Artikolu 8 tal-protokoll.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tal-protokoll. Dan il-motiv jinqasam fi tliet partijiet.
—
L-ewwel parti, ibbażata fuq is-suġġett tal-Artikolu 9 tal-protokoll.
—
It-tieni parti, ibbażata fuq l-iżball ta’ liġi tal-Parlament Ewropew fid-dawl tat-tneħħija tal-immunità ta’ M. Le Pen.
—
It-tielet parti, ibbażata fuq il-fatt li d-deċiżjoni tat-tneħħija tal-immunità tmur kontra l-indipendenza ta’ M. Le Pen u tal-Istituzzjoni.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet.
—
L-ewwel parti, ibbażata fuq it-trattament differenti ta’ M. Le Pen meta mqabbel ma’ sitwazzjonijiet paragunabbli u tal-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
—
It-tieni parti, ibbażata fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta każ manfest ta’ fumus persecutionis u li tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża.
Full & Egal Universal Law Academy