3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/38
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Swemac Innovation vs EUIPO – Swemac Medical Appliances (SWEMAC)
(Kawża T-287/17)
(2017/C 213/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Swemac Innovation AB (Linköping, l-Iżvezja) (rappreżentant: G. Nygren, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Swemac Medical Appliances AB (Linköping, l-Iżvezja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SWEMAC” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 326 177
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 3000/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tistabbilixxi mill-ġdid il-validità sħiħa tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 006326177, inklużi oġġetti u servizzi fil-klassijiet 10: “Apparat u strumenti kirurġiċi u mediċi” u 42: “Servizzi ta’ riċerka u żvilupp dwar apparat u strumenti kirurġiċi u mediċi”;
—
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem l-EUIPO u l-Bordijiet tal-Appell, fl-ammont ta’ EUR 1 000;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy