31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/29
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Fakro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/17)
(2017/C 249/45)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Fakro sp. z o.o. (Nowy Sącz, il-Polonja) (rappreżentant: A. Radkowiak-Macuda, radca prawny)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tikkonstata li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-TFUE u taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali billi ma ħaditx pożizzjoni fuq l-ilment imressaq quddiemha mir-rikorrenti fit-12 ta’ Lulju 2012 rigward abbuż minn pożizzjoni dominanti mill-grupp VELUX, minkejja l-fatt li hija ġiet mitluba formalment biex tagħmel hekk;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, anki fil-każ tal-għeluq tal-proċedura minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 288 TFUE, moqri flimkien mal-Artikoli 102 u 105 TFUE kif ukoll mal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
It-teħid, wara tliet snin u nofs, ta’ pożizzjoni inizjali, allegatament fattwali, fil-proċeduri mibdija minħabba lment imressaq mir-rikorrenti ma jikkostitwixxix smigħ tal-kawża f’terminu raġonevoli. Il-Kummissjoni bl-ebda mod ma pproduċiet provi li jippermettu li jiġi kkonfermat li hija ħadet xi tip ta’ azzjoni matul il-proċedura ta’ investigazzjoni. Qabel ma tadotta deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li twettaq analiżi bir-reqqa tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi invokati mil-lanjant. Il-proċedura mibdija mir-rikorrenti tikkostitwixxi l-uniku mod li bih hija tiddefendi d-drittijiet tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy