17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/43
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – VSM vs EUIPO (WE KNOW ABRASIVES)
(Kawża T-297/17)
(2017/C 231/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: VSM . Vereinigte Schmirgel- und Maschinen-Fabriken AG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Horak, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “WE KNOW ABRASIVES” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 063 522
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1595/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 63(1) moqri flimkien mal-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament Nru 207/2009, ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u, għalhekk, tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża.
Full & Egal Universal Law Academy