17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/44
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (3000)
(Kawża T-300/17)
(2017/C 231/55)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, Rechtsanwältin)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: is-sinjal “3000” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 511 119
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 653/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
—
fil-każ li l-appellanti tintervjeni f’din il-proċedura, tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Full & Egal Universal Law Academy