17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/47
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2017 – Red Bull vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ parallelogramm komposta minn żewġ għelieqi b’kuluri differenti)
(Kawża T-305/17)
(2017/C 231/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Renck u S. Petivlasova, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ parallelogramm komposta minn żewġ għelieqi b’kuluri differenti) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 326 508
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26/01/2017 fil-Każ R 2582/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy