17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/49
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – Lion’s Head Global Partners vs EUIPO – Lion Capital (LION’S HEAD global partners)
(Kawża T-310/17)
(2017/C 231/62)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lion’s Head Global Partners LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Nöske, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lion Capital LLP (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “LION’S HEAD global partners” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 996 979
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1477/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Frar 2017 (Każ R 1477/2016-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lion’s Head Global Partners LLP u Lion Capital LLP u tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy