17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/49
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2017 – Stips vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-311/17)
(2017/C 231/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Adolf Stips (Besozzo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
tiddikjara u tiddeċiedi,
—
prinċipalment, id-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, tad-19 ta’ Awwissu 2016, li ma tikklassifikax mill-ġdid lir-rikorrent fil-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid 2013, hija annullata;
—
sussidjarjament, il-Kummissjoni hija kkundannata tikkumpensa b’mod sħiħ id-dannu, kemm materjali kif ukoll morali, li ġarrab ir-rikorrent;
—
fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni injorat il-motivi tas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2016, Stips vs Il-Kummissjoni (F-131/15, EU:F:2016:154) u eżegwixxiet din is-sentenza mala fide, u b’hekk kisret l-awtorità assoluta ta’ res judicata tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Full & Egal Universal Law Academy