31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/31
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2017 – Campbell vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-312/17)
(2017/C 249/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Liam Campbell (Dundalk, l-Irlanda) (rappreżentant: J. MacGuill, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2017 li tirrifjuta lir-rikorrent aċċess għad-dokumenti li jiirrigwardaw proċeduri ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mressqa kontra l-Litwanja minħabba allegat nuqqas ta’ implementazzjoni tad-Direttiva 2010/64/UE. (1)
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas mill-konvenuta li twettaq evalwazzjoni konkreta tat-talba ta’ aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament Nru 1049/2001, bi ksur tal-ġurisprudenza rilevanti.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta bbażat lilha nnifisha b’mod illegali fuq ċerti preżunzjonijiet ġenerali dwar l-iżvelar ta’ dokumenti, bi ksur tal-prinċipji identifikati fil-ġurisprudenza rilevanti.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq in-nuqqas mill-konvenuta li tipproċessa eżami speċifiku u effikaċi tar-riskju għal kull dokumenti, ukoll bi ksur tal-ġurisprudenza rilevanti.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas mill-konvenuta li twettaq eżami speċifiku u effikaċi tal-aċċess parzjali potenzjali bi ksur tal-ġurisprudenza.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-konvenuta fir-rigward tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri, bi ksur tal-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza.
(1) Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy