17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/50
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2017 – Nosio vs EUIPO (MEZZA)
(Kawża T-314/17)
(2017/C 231/65)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avvocati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “MEZZA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 822 506
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1518/2016-5
Talbiet
—
tikkonstata l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
tiddikkjara ammissibbli l-limitazzjoni proposta fil-klassi 33, jiġifieri “xarbiet alkoliċi, b’mod partikolari inbid u inbid frizzanti, li jinsabu fi fliexken u/jew b’kapaċità ta’ kontenut superjuri jew inferjuri għal 0,375 litru”;
—
tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-1 ta’ Marzu 2017 mill-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO fil-Każ R 1518/2016-5, innotifikata fit-23 ta’ Marzu 2017;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
Motivi invokati
—
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy