31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/31
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – Hebberecht vs SEAE
(Kawża T-315/17)
(2017/C 249/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chantal Hebberecht (Addis Ababa, l-Etjopja) (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet
—
prinċipalment,
—
tiddikjara t-talba bħala ammissibbli u fondata;
—
tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (Ares (2017) 615970 – 03/02/2017) fir-rigward taċ-ċaħda tal-estensjoni ta’ sena tal-missjoni ta’ C. Hebberecht bħala Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fir-Repubblika Federali Demokratika tal-Etjopja;
—
tikkundanna lis-SEAE jħallas lir-rikorrenti somma f’daqqa ta’ EUR 250 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti;
—
sussidjarjament,
—
tikkundanna lis-SEAE jħallas lir-rikorrenti somma f’daqqa ta’ EUR 200 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti;
—
sussidjarjament,
—
tikkundanna lis-SEAE jħallas lir-rikorrenti somma f’daqqa ta’ EUR 150 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti;
—
sussidjarjament,
—
tikkundanna lis-SEAE jħallas lir-rikorrenti somma f’daqqa ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti;
—
sussidjarjament,
—
tikkundanna lis-SEAE jħallas lir-rikorrenti somma f’daqqa ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti;
—
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż tal-istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni li ma tiġix estiża l-missjoni tagħha bħala kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“UE”) fir-Repubblika Federali Demokratika tal-Etjopja (“Etjopja”) tidher li hija direttament marbuta ma’ mewġa ta’ aggressjonijiet u ta’ diskriminazzjonijiet ta’ natura anti-semitika.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-interess tas-servizz, peress li l-estensjoni tar-rikorrenti kienet iġġustifikata fuq il-bażi ta’ diversi elementi li jieħdu inkunsiderazzjoni l-interess tas-servizz, bħal ma huma:
—
iż-żamma ta’ delegazzjoni mmexxija u organizzata effettivament, b’persunal ikkwalifikat, immotivat u bi prestazzjoni tajba taħt id-direzzjoni ta’ kap tad-delegazzjoni b’esperjenza;
—
iż-żamma ta’ kap tad-delegazzjoni b’esperjenza ta’ 28 sena fir-relazzjonijiet diplomatiċi, politiċi u ekonomiċi u ta’ kooperazzjoni f’pajjiż bl-istatus ta’ msieħeb eċċezzjonali tal-UE bħal ma huwa l-Etjopja;
—
il-kontribuzzjoni sabiex titħares l-istabbiltà tal-pajjiż u biex jiġi evitat it-tkissir tiegħu bil-bidu ta’ gwerra ċivili;
—
il-kontribuzzjoni sabiex jitwaqqaf il-fluss migratorju attwali u li jiġi prekluż li dan jiżdied.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li uffiċjali oħra li jinsabu f’sitwazzjoni identika għal dik tar-rikorrenti kienu ġew estiżi abbażi ta’ ġustifikazzjonijiet li huma stess huma identiċi għal dawk imressqa minn din tal-aħħar fit-talba tagħha għal estensjoni ta’ sena. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tqajjem ukoll in-nuqqas ta’ osservanza tal-miżuri ta’ diskriminazzjoni pożittivi previsti mir-Regolamenti tal-Persunal sabiex tintlaħaq l-ugwaljanza, peress li dan l-argument huwa sostnut mill-fatt li l-kap tad-delegazzjoni l-ġdid maħtur sabiex jissotitwiha huwa raġel.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-kontinwità tas-servizz li huwa kriterju essenzjali tad-deċiżjoni ta’ estensjoni, sa fejn ħames persuni oħra ser jitilqu wkoll, fosthom il-kap ta’ kooperazzjoni u l-kap tat-taqsima tal-iżvilupp rurali u tas-sigurtà tal-ikel, żewġ pożizzjonijiet ewlenin għall-kooperazzjoni u għall-iżvilupp. Għalhekk, ir-rikorrenti ssostni li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-estensjoni ta’ sena tagħha bħala kap tad-delegazzjoni tiżgura l-kontinwità tas-servizz u t-taħriġ ta’ kollegi futuri.
Full & Egal Universal Law Academy