17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/51
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 joint Undertaking vs Revoind Industriale
(Kawża T-318/17)
(2017/C 231/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Clean Sky 2 joint Undertaking (CSJU) (rappreżentanti: B. Mastantuono, Agent u M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Revoind Industriale Srl (Oricola, l-Italja)
Talbiet
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favuriha tas-somma ta’ EUR 359 913,75fir-rigward tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 325940 dwar il-proġett intitolat “EULOSAM – Design and Manufacturing of Baseline Low-Speed, Low-Sweep Wind Tunnel Model”, flimkien mal-ammont ta’ EUR 2 105,25 bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 3,5 % għall-perijodu ta’ mill-31 ta’ Jannar 2017 u l-1 ta’ April 2017;
—
tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallasha EUR 34.51 kull jum bħala interessi sa mit-2 ta’ April 2017 u sad-data tar-rimbors sħiħ tad-dejn; u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi li ġejjin:
Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, billi ma wettqitx il-proġett EULOSAM billi ma pprovditilhiex ir-rapporti u l-provi rilevanti li kellhom jingħataw, kif jistipula l-Artikolu II.2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.
Barra minn hekk, il-konvenuta ma wettqitx ix-xogħol impost fuqha, kif inhu speċifikat fl-Anness I, u b’hekk kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikol II.3(a),(e) u (h) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.
Konsegwentement, il-konsorzju rrexxinda l-Ftehim ta’ għajnuna u ħareġ nota ta’ debitu għall-finanzjament bil-quddiem ta’ EUR 359 913.75 li kienu diġà tħallsu lill-koordinatur konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ għajnuna.
Il-fatti li taw lok għall-obbligi ta’ Revoind Industriale Srl, fil-kapaċità tagħha bħala benefiċjarja tal-Ftehim ta’ għajnuna, huma kunsiderevolment mhux ikkontestati f’dan il-każ u l-oġġezzjonijiet tal-konvenuta, sa fejn huma ġenerali, mhux sħaħ u mhux sostnuti b’ebda prova ġġustifikata, jidhru kompletament infondati.
Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha dritt titlob l-irkupru u l-ħlas lura tas-somom imħallsa lill-konvenuta bħala finanzjament bil-quddiem, miżjuda bl-interessi moratorji.
Full & Egal Universal Law Academy