24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/56
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2017 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – M. J. Dairies (BBQLOUMI)
(Kawża T-328/17)
(2017/C 239/69)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u V. Marsland, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: M. J. Dairies EOOD (Sofija, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “BBQLOUMI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 069 034
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 497/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy