25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/12
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2017 – The GB Foods vs EUIPO – Yatecomeré (YATEKOMO)
(Kawża T-336/17)
(2017/C 318/17)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: The GB Foods, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: M. Buganza González u E. Torner Lasalle, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Yatecomeré, SL (Ribadumia, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “YATECOMO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 703 568
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1506/2016-5
Talbiet
—
tiddikjara ammissibbli dan ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1506/2016-5), tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO, u tilqa’ r-rikors, tirrevoka d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO, u tistabbilixxi mill-ġdid u tiddikjara l-validità tat-trade mark Nru 11 703 568 “YATEKOMO” għall-prodotti kollha li jaqgħu fil-klassijiet 29 u 30 li għalihom inizjalment saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;
—
tiddikjara li t-trade mark “YATEKOMO” għandha reputazzjoni;
—
tordna lill-EUIPO jagħmel disponibbli lill-Qorti Ġenerali d-dokumenti kollha prodotti mir-rikorrenti u li jikkostitwixxu l-fajl tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “YATEKOMO” quddiem l-EUIPO sabiex id-dokumenti kollha prodotti fil-fajl f’dan il-każ ikunu jistgħu jiġu analizzati;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
It-trade mark “YATEKOMO” ma tiksirx l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009. It-trade mark verbali tal-Unjoni ma hijiex f’kunflitt mat-trade mark Spanjola mħallta preċedenti “ya te comeré el vacío que te llena”.
—
Ir-reputazzjoni akkwistata mit-trade mark Nru 11 703 568 “YATEKOMO”