24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/68
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2017 – Hotelbeds Spain vs EUIPO – Guidigo Europe (Guidego what to do next)
(Kawża T-346/17)
(2017/C 239/78)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hotelbeds Spain, SL (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guidigo Europe SARL (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Guidego what to do next” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 944 898
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21/03/2017 fil-Każ R 0449/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tawtorizza l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 944 898, fil-klassijiet 39, 41 u 43.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy