31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/39
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2017 – FLA Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-347/17)
(2017/C 249/53)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: FLA Europe NV (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u B. Natens, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors inammissibbli;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/423, tad-9 ta’ Marzu 2017, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE u, sussidjarjament, fuq ksur tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali fis-sens tal-Artikolu 13(2) TUE.
—
Ir-Regolament ikkontestat huwa nieqes minn kull motivazzjoni.
—
Il-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza li tadotta r-Regolament ikkontestat.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn ma ġewx adottati l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2016, C&J Clark International (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74).
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (1) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (projbizzjoni ta’ retroattività), sa fejn ġew imposti dazji antidumping fuq prodotti li kienu fiċ-ċirkolazzjoni libera.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1036, sa fejn ġew imposti dazji antidumping mingħajr evalwazzjoni ġdida tal-interessi tal-Unjoni.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, sa fejn ġie adottat att legali li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintħalaq l-għan tiegħu.
(1) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, p. 21).
Full & Egal Universal Law Academy