24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/71
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2017 – Daico International vs EUIPO – American Franchise Marketing (RoB)
(Kawża T-356/17)
(2017/C 239/82)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Daico International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Kassner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: American Franchise Marketing Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “RoB” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 752 324
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1407/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regola 62(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità.
Full & Egal Universal Law Academy