31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/41
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Aldo Supermarkets vs EUIPO – Aldi Einkauf (ALDI)
(Kawża T-359/17)
(2017/C 249/56)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Aldo Supermarkets (Varna, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Saettel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ALDI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Nru 12 749 586
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 976/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tar-Regola 19 tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Eżistenza ta’ kontradizzjoni fir-raġunijiet, sa fejn il-Bord tal-Appell aċċetta, fil-punt 18 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-formola ta’ oppożizzjoni kienet tinkludi fiha rappreżentazzjoni bil-kulur tat-trade mark preċedenti, u fil-punt 24 td-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti kienet ipproduċiet dokument PDF li juri r-rappreżentazzjoni bil-kulur tat-trade mark, meta dawn il-kunsiderazzjonijiet huma irrikonċiljabbli mal-konstatazzjoni li saret fil-punti 22 sa 25 tad-deċiżjoni kkontestata, li, essenzjalment, ir-rikorrenti ma pprovatx l-eżistenza tat-trade mark preċedenti tagħha, billi ma pproduċietx rappreżentazzjoni bil-kulur ta’ din it-trade mark;
—
Ksur tad-drittijiet ta’ difiża u tal-prinċipju ta’ kontradittorju, sa fejn il-Bord tal-Appell irrileva ex officio l-ksur tar-Regola 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, mingħajr ma’ sema’ lill-partijiet dwar dan il-motiv, meta l-prinċipju ta’ kontradittorju jimponi fuq il-bordijiet tal-appell li jisimgħu lill-partijiet dwar kull motiv li huma jkunu ser iqajmu ex officio;
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy