25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/13
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2017 – Eco-Bat Technologies et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-361/17)
(2017/C 318/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eco-Bat Technologies Ltd (Matlock, ir-Renju Unit), Berzelius Metall GmbH (Braubach, il-Ġermanja) u Société Traitements Chimiques des Métaux (STCM) (Bazoches-les-Gallerandes, Franza) (rappreżentanti: M. Brealey, QC, I. Vandenborre u S. Dionnet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-Artikolu 2(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 900 finali kif emendat fis-6 ta’ April 2017 mid-Deċiżjoni C(2017)2223 finali tas-6 ta’ April 2017, fil-Każ AT.40018 – Riċiklaġġ tal-batterija tal-karozza u tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrent biex jittieħed inkunsiderazzjoni valur rappreżentattiv tax-xirjiet matul matul il-perijodu ta’ ksur u t-tul korrett tal-parteċipazzjoni tar-rikorrent fil-manifestazzjonijiet tal-ksur fi Franza, u tneħħi l-inkrement ta’ 10 % ibbażat fuq l-applikazzjoni tal-punt 37 tal-Linji Gwida dwar l-għoti ta’ multi (1); u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti billi identifikat il-valur tax-xiri tar-rikorrenti li jintuża bħala bażi għall-kalkolu tal-multa għall-ewwel darba fid-deċiżjoni kkontestata.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi użat l-valur tax-xiri fl-2011 tar-rikorrenti bħala referenza fil-kalkolu tal-multa.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ responsabbiltà personali, ugwaljanza fit-trattament u proporzjonalità u d-dmir li tagħti r-raġunijiet billi naqqset li tieħu inkunsiderazzjoni l-involviment iktar limitat tar-rikorrenti fil-manifestazzjonijiet tal-kartell fi Franza.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-dmir li tagħti r-raġunijiet u l-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi billi naqset li tiġġustifika b’mod adegwat l-applikazzjoni tal-punt 37 tal-Linji Gwida u ż-żieda fil-multa preċiża applikata.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ugwaljanza fit-trattament billi ttrattat il-kartelli tax-xiri b’mod differenti mill-kartelli tal-bejgħ.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti billi applikat żieda fil-multa skont il-punt 37 tal-Linji Gwida mingħajr ma għamlet referenza għaliha fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet u naqset milli toħroġ Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet supplimentari u torganizza seduta oħra.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi ma espremietx l-intenzjoni tagħha li tapplika l-punt 37 tal-Linji Gwida fi stadju iktar kmieni tal-proċedura amministrattiva.
(1) Linji Gwida fuq il-metodu tal-iffissar ta’ multi impost skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).