31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/44
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2017 – Marcin Bielawski vs EUIPO (HOUSE OF CARS)
(Kawża T-364/17)
(2017/C 249/59)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Marcin Bielawski (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “HOUSE OF CARS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 172 638
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 2047/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata, u b’hekk tiddkjara li ma hemm l-ebda ostakolu assolut għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy