31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/45
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Linak vs EUIPO ChangZhou Kaidi Electrical (Forma ta’ kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku)
(Kawża T-367/17)
(2017/C 249/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Linak A/S (Nordborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ChangZhou Kaidi Electrical Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “Kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku” – disinn Komunitarju Nru 101 159-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1411/2015-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy