31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/45
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Linak vs EUIPO ChangZhou Kaidi Electrical (Forma ta’ kolonna elevatriċi li taħdem bl-elettriku)
(Kawża T-368/17)
(2017/C 249/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Linak A/S (Nordborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ChangZhou Kaidi Electrical Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Disinn Komunitarju “Kolonna elevatriċi li taħdem bl-elettriku” – Disinn Komunitarju Nru 101 159-0002
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1412/2015-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002;
Full & Egal Universal Law Academy