31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/46
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2017 – Winkler vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/17)
(2017/C 249/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Bernd Winkler (Grange, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Kässens, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-13 ta’ Marzu 2017, u tordna lill-konvenuta tadotta deċiżjoni dwar il-kalkolu tal-kapital fil-mument tar-reġistrazzjoni tat-talba tar-rikorrent;
—
sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tħallas danni fl-ammont ta’ EUR 19 920,39, fil-kont tal-pensjoni tar-rikorrent.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ tul raġonevoli tal-proċedura, ta’ ċertezza legali u ta’ smigħ xieraq, u fuq ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondisriminazzjoni u ta’ proporzjonalità
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
Full & Egal Universal Law Academy