7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/36
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2017 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Bee Fee Group (LV POWER ENERGY DRINK)
(Kawża T-372/17)
(2017/C 256/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bee Fee Group LTD (Nikosija, Ċipru)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fl-iswed, l-aħmar u l-abjad li tinkludi l-element verbali “LV POWER ENERGY DRINK” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 898 219
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 906/202016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara t-trade mark kontenzjuża bħala invalida;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti;
—
tikkundanna lill-proprjetarju għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti;
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikoilu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
Full & Egal Universal Law Academy