7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/37
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2017 – Cuervo y Sobrinos 1882 vs EUIPO – A. Salgado Nespereira (Cuervo y Sobrinos LA HABANA 1882)
(Kawża T-374/17)
(2017/C 256/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Cuervo y Sobrinos1882, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Ferrandis González u V. Balaguer Fuentes, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A. Salgado Nespereira, SA (Ourense, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Cuervo y Sobrinos LA HABANA 1882” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 931 087
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1141/2016-4
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Marzu 2017, fil-Każ R 1141/2016-4, b’mod iktar preċiż sa fejn hija tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2016 fil-proċedura ta’ kanċellazzjoni Nru 10 786 C fil-parti fejn din tiddikjara invalida t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 010931087 “Cuervo y Sobrinos LA HABANA 1882” għall-prodotti fil-klassijiet 14 u 16 li għalihom hija rreġistrata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk kollha li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem l-istanzi inferjuri tal-EUIPO, jiġifieri d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u r-Raba’ Bord tal-Appell, u li wasslu għal dan ir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy