7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/38
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2017 – Fenyves vs EUIPO (Blue)
(Kawża T-375/17)
(2017/C 256/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Klaudia Patricia Fenyves (Hevesvezekény, l-Ungerija) (rappreżentant: I. Monteiro Alves, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “BLUE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 287 907
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Marzu 2017, fil-Każ R 1974/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tibgħat l-applikazzjoni għal trade mark lura lill-Uffiċċju sabiex titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy