7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/39
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2017 – La Zaragozana vs EUIPO – Heineken Italia (CERVISIA)
(Kawża T-378/17)
(2017/C 256/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: La Zaragozana, SA (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heineken Italia SpA (Pollein, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “CERVISIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 395 397
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1241/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy