14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/33
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2017 – Ċipru vs EUIPO – M. J. Dairies (BBQLOUMI)
(Kawża T-384/17)
(2017/C 269/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: M. J. Dairies EOOD (Sofija, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kulur li tinkludi l-element verbali “BBQLOUMI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 069 034
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ April 2017 fil-Każ R 496/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom stess u kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy