7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/40
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2017 – Triggerball vs EUIPO (Forma ta’ ballun bi trufijiet)
(Kawża T-387/17)
(2017/C 256/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Triggerball GmbH (Baiern-Piusheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Emrich, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (forma ta’ ballun bi trufijiet) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 528 615
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2017 fil-Każ R 376/2017-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy