14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/33
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-391/17)
(2017/C 269/45)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, C.-M. Florescu, E. Gane u L. Liţu)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni (UE) tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetenzi tal-Unjoni
—
Il-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini hija intiża biss sabiex ittejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi, u ma għandha beda rabta diretta mad-diversità kulturali fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 TUE u tal-Artikolu 167 TFUE
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE
—
Il-Kummissjoni sempliċement telenka l-proposti ta’ atti li għalihom għandhom jinġabru dikjarazzjonijiet ta’ sostenn taċ-ċittadini u ma żżid ebda argument legali insostenn tal-konklużjoni li dawn jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy