4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/36
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – TE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-392/17)
(2017/C 293/45)
Lingwa tal-kawża: iċ–Ċek
Partijiet
Rikorrent: TE (rappreżentant: J. Bartončík, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur ta’ prinċipju bażiku tad-dritt tal-UE – il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem.
Full & Egal Universal Law Academy