4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/37
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Deza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-400/17)
(2017/C 293/46)
Lingwa tal-kawża: iċ-Cek
Partijiet
Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziřčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla parzjalment ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776, tal-4 ta’ Mejju 2017 (1), li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008 (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament CLP”), sa fejn huwa jikklassifika u jittikketta s-sustanza anthraquinone billi jdaħħal fil-parti 3 tat-tabella 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-entrata li ġejja: Nru tal-indiċi: 606-151-00-4; Identifikazzjoni Internazzjonali tal-Kimiki: anthraquinone; Nru KE: 201-549-0l Nru CAS: 84-65-1; Klassi ta’ periklu u kodiċi(jiet) tal-kategoriji: Carc. 1B; Kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni tal-periklu: H350; Pittogramma, kelma bħala sinjal, kodiċi(jiet): GHS08 Dgr.; Kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni tal-periklu: H350.
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar illegali u manifestament irregolari u fuq l-ittikkettar tas-sustanza anthraquinone bħala sustanza kanċeroġena li taqa’ taħt il-kategorija 1B skont il-parti 3 tat-tabella 3 tal-Anness I tar-Regolament CLP.
—
Din il-klassifikazzjoni u dan l-ittikkettar ma humiex ibbażati fuq provi suffiċjenti miksuba fuq il-bażi ta’ studji affidabbli u ammissibbli li juru rabta kawżali bejn is-sustanza anthraquinone bħala tali u żieda fil-kanċer fuq l-annimali ta’ laboratorju fis-sens tal-Artikolu 3.6.1 u tal-parti 3 tal-Artikolu 3.6.2 tal-Anness I tar-Regolament CLP.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti u tal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
—
Il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar illegali u manifestament irregolari tas-sustanza anthraquinone bħala sustanza kanċeroġena li taqa’ taħt il-kategorija 1B skont il-parti 3 tat-tabella 3 tal-Anness I tar-Regolament CLP kisru b’mod partikolari d-dritt tar-rikorrenti li tgawdi b’mod paċifiku mill-proprjetà tagħha kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali.
(1) ĠU 2017, L 116, p. 1.
(2) ĠU 2008, L 353, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy