21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/52
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Karl Storz vs EUIPO (3D)
(Kawża T-413/17)
(2017/C 277/75)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Karl Storz GmbH & Co. KG (Tuttlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Gruber, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “3D” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 272 627
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11/04/2017 fil-Każ R 1502/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ April 2017 fil-Każ R 1502/2016-2 u tirreġistra t-trade mark “3D”, IR 1 272 627, li tindika l-Unjoni Ewropea għal prodotti kollha li saret applikazzjoni għalihom inklużi l-prodotti li għadhom affettwati mid-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy