21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/53
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB
(Kawża T-414/17)
(2017/C 277/76)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tas-Sessjoni Eżekuttiva tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (Single Resolution Board, SRB) tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05) [“Decision of the Executive Session of the Board of 11 April 2017 on the calculation of the 2017 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2017/05)”], tal-inqas fil-parti sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrent, u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur manifest tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ notifika sħiħa tad-deċiżjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur manifest tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni.
Full & Egal Universal Law Academy