21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/55
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Eduard Meier vs EUIPO – Calzaturificio Elisabet (Safari Club)
(Kawża T-418/17)
(2017/C 277/79)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eduard Meier GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Schicker u M. Knitter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Calzaturificio Elisabet Srl (Monte Urano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Safari Club” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 186 036
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Mejju 2017, fil-Każ R 1158/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.