21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/55
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica (VSL#3)
(Kawża T-419/17)
(2017/C 277/80)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Mendes SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Carpineti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Actial Farmaceutica Srl (Ruma, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “VSL#3” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 437 789
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3/3/2017 fil-Każ R 1306/2016-2
Talbiet
—
prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell tal-UASI (li issa saret l-EUIPO), konformement mal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell tal-UASI, konformement mal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
fi kwalunkwe każ, tordna li r-rikorrenti tiġi rrimborsata b’mod sħiħ għall-ispejjeż relatati mal-kawża, jew mill-inqas li kull parti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy