21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/60
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Alpine Welten Die Bergführer vs EUIPO (ALPINEWELTEN Die Bergführer)
(Kawża T-428/17)
(2017/C 277/85)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Alpine Welten Die Bergführer GmbH & Co. KG (Berghülen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T.-C. Leisenberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “ALPINEWELTEN Die Bergführer” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 187 826
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 fil-Każ R 1339/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.