18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/33
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Laboratoires Majorelle vs EUIPO – Jardin Majorelle (LABORATOIRES MAJORELLE)
(Kawża T-429/17)
(2017/C 309/44)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoires Majorelle (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Odinot, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jardin Majorelle (Marrakech, il-Marokk)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “LABORATOIRES MAJORELLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 371 655
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1238/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirreġistra t-trade mark Komunitarja bl-applikazzjoni “LABORATOIRES MAJORELLE” għall-prodotti
klassi 3: sapun, kożmetiċi, prodotti kożmetiċi, savons; cosmétiques; produits cosmétiques; ħasil għall-iġjene intima (preparazzjonijiet ta’ -), deodoranti għall-iġjene je wil-kura tal-ġilda (prodotti kożmetiċi għal -); prodotti għall-kura tal-ġilda mhux immedikati; prodotti tal-ħasil tal-ġilda, prodotti għat-trattament tal-ġilda;
klassi 5: ġilda (prodotti farmaċewtiċi għall-kura tal-); djetetiċi (sustanzi -) għal użu mediku, à usage médical; ħxejjex mediċinali, supplimenti djetetiċi u nutrizzjonali; supplimenti tal-ikel għal użu mediku; supplimenti tal-ikel, farmaċewtiċi (prodotti -);
klassi 10: tagħmir u strumenti kirurġiċi, mediċi, detentali u veterinarji, Riġlejn, għajnejn u snien artifiċjali; oġġetti ortopediċi; materjal ta’ sutrura; kirurġiċi (tagħmir u strumenti -); mediċi (tagħmir u strumenti -);
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż
Motivi invokati
—
Ksur tar-Regolament Nru 207/2009 fid-dawl tad-drittijiet preċedenti abbażi tal-oppożizzjoni, l-eżami tal-provi tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti u l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.