11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/32
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-433/17)
(2017/C 300/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Franklin Dehousse (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Mejju 2017 li permezz tagħha l-konvenuta ċaħdet l-applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess għad-dokumenti sottomessi mir-rikorrent bid-data tat-12 ta’ April 2017, kif ukoll id-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2017 li permezz tagħha l-konvenuta ċaħdet parzjalment l-applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess għad-dokumenti sottomessi mir-rikorrent bid-data tas- 16 ta’ Marzu 2017;
—
tirrikonoxxi r-responsabbiltà tal-konvenuta fis-sens tal-Artikolu 340 TFUE;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas il-kumpens għad-dannu morali subit mir- rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR għaxart elef (10 000), u, sussidjarjament, għall-euro simbolika;
—
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi fir-rigward tat-talba tiegħu għal annullament u motiv dwar il-talba tiegħu għad-danni.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha (2016/C 445/03), tal-Artikolu 15(3) TFUE u tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet u l-obbligu ta’ trasparenza. B’mod partikolari, ir-rikorrent jssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati sa fejn ma jipprovdux ċerti dokumenti, jipprovdu oħrajn b’mod inkomplet, jew jipprovduhom b’diversi ommissjonijiet.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati b’difett jew motivazzjoni insuffiċjenti.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Rigward il-kontestazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, ir-rikorrent isostni li l-istituzzjoni konvenuta adottat aġir illeċitu li joħoloq responsabbiltà. Dan l-aġir wassal għal dannu morali serju għar-rikorrent, fosthom din l-aħħar talba għal kumpens.