11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/33
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – ClientEarth et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-436/17)
(2017/C 300/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit), European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju), The International Chemical Secretariat (Gothenburg, l-Isvezja), International POPs Elimination Network (IPEN) (Gothenburg) (rappreżentant: A. Jones, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikkjara l-applikazzjoni ammissibbli u fondata;
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2914 finali, tat-2 ta’ Mejju 2017, li tirrifjuta li teżamina mill-ġdid id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM (2016) 5644 li tawtorizza għal ċerti użi s-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU 2006, L 396, p. 1);
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)5644;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti;
—
tordna kwalunkwe miżura oħra li tikkunsidra xierqa.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni rigward l-allegata konformità tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ DCC Maastricht BV fis-sens tal-Artikoli 62 u 60(7) tar-Regolament REACH.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH rigward l-evalwazzjoni soċjo-ekonomika.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikoli 60(4) u 60(5) tar-Regolament REACH rigward l-analiżi ta’ alternattivi.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni rigward l-applikazzjoni ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-obbligu li jingħataw motivi u l-prinċipju ta’ prekawzjoni, fil-kuntest tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament REACH.