9.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 338/15
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – Yellow Window vs EIGE
(Kawża T-439/17)
(2017/C 338/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yellow Window (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sess (EIGE)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-8 ta’ Mejju 2017, li ma għażiltx l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-proċedura EIGE/2017/OPER/04 “Mutilazzjoni ġenitali femminili: evalwazzjoni ta’ bniet f’riskju”, kif ukoll id-deċiżjoni sussegwenti li tagħżel l-offerta ta’ offerent ieħor u li tagħti l-kuntratt lil dan tal-aħħar;
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti kif ukoll li jħallas interessi ta’ 8 % jew, sussidjarjament, iħallas kumpens kif ukoll interessi ta’ 8 %;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-prinċipju ta’ trasparenza, tal-prinċipju ta’ aġir bi prudenza, tal-obbligu li tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità u bbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-inkoerenza tal-motivi, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fl-evalwazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.