16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/25
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Arca Capital Bohemia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-440/17)
(2017/C 347/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arca Capital Bohemia a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Nedelka, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-Rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/D3/PB/2017/026659, tal-15 ta’ Marzu 2017, li tirrifjuta aċċess għal dokumenti skont r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tal-Każ COMP/SA/17006 – C 27/04 (ex CZ 49/03) – Agrobanka Praha a.s. u GE Capital Bank a.s;
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2017) 3130 finali, tal-4 ta’ Mejju 2017 li tikkonferma d-Deċiżjoni Nru COMP/D3/PB/2017/026659, tal-15 ta’ Marzu 2017;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall–ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ġew applikati ħażin.
—
F’dan ir-rigward ir-rikorrenti applikat ħażin ġurisprudenza rilevanti li, fl-opinjoni tagħha, ma tapplikax għal każijiet fejn il-fajl amministrattiv ingħalaq. Barra minn hekk, f’każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, hemm interess pubbliku qawwi li jinkiseb l-ikbar ammont ta’ informazzjoni possibbli sabiex ikun hemm kontroll fuq korpi tal-Istat u fir-rigward ta’ argumenti bbażati fuq interessi kummerċjali għandhom ukoll japplikaw kunsiderazzjonijiet li jkunu differenti minn dawk li jirrigwardaw każijiet ta’ konċentrazzjoni jew ta’ kartell.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li hemm interess pubbliku superjuri għall-iżvelar.
—
f’dan ir-rigward ir-rikorrenti tgħamel argumenti dwar ir-raġunijiet għall-privatizzazzjoni tal-bank inkwistjoni u l-istabbiltà tas-settur bankarju Ċek.