16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/26
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Arca Capital Bohemia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-441/17)
(2017/C 347/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arca Capital Bohemia a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Nedelka, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/F3/NB/tt*D-2017/025322, tat-13 ta’ Marzu 2017, li tirrifjuta parzjalment aċċess għal dokument skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tal-Każ COMP/SA. 25076 (2011/NN) – Privatizzazzjoni ta’ Akkomodazzjoni għall-Kiri – Karbon Invest;
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3129 final, tal-4 ta’ Mejju 2017, li tikkonferma d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/F3/NB/tt*D-2017/025322, tat-13 ta’ Marzu 2017;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għal dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv: applikazzjoni żbaljata tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
—
F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza rilevanti li, fil-fehma tagħha, ma tapplikax għall-każijiet li fihom il-fajl amministrattiv ikun ingħalaq. Barra minn hekk, f’każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, hemm interess pubbliku qawwi li tinkiseb kemm jista’ jkun informazzjoni sabiex jiġi eżerċitat kontroll fuq l-entitajiet tal-Istat u, fir-rigward ta’ argumenti bbażati fuq interessi kummerċjali, għandhom japplikaw ukoll kunsiderazzjonijiet differenti minn dawk applikabbli f’każijiet dwar konċentrazzjoni jew kartell.
2.
It-tieni motiv: interess pubbliku akbar fl-iżvelar.
—
F’dan ir-rigward ir-rikorrenti targumenta li l-privatizzazzjoni inkwistjoni kellha impatt negattiv kbir u tirreferi għal suspett kondiviż b’mod ġenerali li l-proċess kien jinvolvi nuqqasijiet min-naħa tal-entitajiet tal-Istat.