11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/35
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)
(Kawża T-448/17)
(2017/C 300/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sevenfriday AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Mostardini, F. Mellucci, S. Pallavicini u G. Bellomo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leinì, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SEVENFRIDAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 915 021
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 2291/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ċaħdet l-appell ippreżentat minn Sevenfriday AG kontra d-Deċiżjoni B2400482 tas-7 ta’ Ottubru 2016 u, konsegwentement, tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Nru 1105144;
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009