16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/29
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2017 – TV vs Il-Kunsill
(Kawża T-453/17)
(2017/C 347/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: TV (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
Konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ April 2016 li tirrigwarda tkeċċija tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu, jiġifieri fl-1 ta’ Settembru 2016;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-11 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-4 ta’ Novembru 2016;
—
tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 20 000 għad-dannu morali subit;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonferma l-konklużjoni tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti (CORAP), li ssostitwixxa l-evalwazzjoni tiegħu stess ma’ dik tal-evalwaturi.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ liġi li jivvizzjaw il-motivi li fuqhom jibbaża r-rapport dwar il-perijodu ta’ prova.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq assenza ta’ kundizzjonijiet normali ta’ perijodu ta’ prova.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Barra minn hekk, ir-rikorrent iqis li l-illegalitajiet esposti taħt il-motivi għal annullament għaldaqstant jikkostitwixxu nuqqasjiet min-naħa tal-konvenut. Huwa għaldaqstant jitlob ukoll il-kumpens għad-dannu morali li allegatament inħoloq minħabba deċiżjonijiet ikkontestati.