18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/35
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2017 – Lupu vs EUIPO – Dzhihangir (Djili soy original DS)
(Kawża T-456/17)
(2017/C 309/46)
Lingwa tar-rikors: l–Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Victor Lupu (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: P. Acsinte, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Ibryam Dzhihangir (Silistra, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Djili soy original DS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 810 558
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Mejju 2017, fil-Każ R 516/2011-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea 008404551 “Djili DS” u/jew tikkanċella r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea 008404551 “Djili DS”;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell, tat-3 ta’ Mejju 2017, li tikkonċerna l-appell R 516/2011-5 u tordna li jissokktaw il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u wkoll tordna lill-Bord tal-Appell iżomm fis-seħħ is-sospensjoni tal-proċedimenti tiegħu sakemm tiġi pprovduta, lill-Bord tal-Appell, deċiżjoni finali dwar l-appell għal annullament irreġistrat bin-Nru 2794/1/2016, li tkun bil-miktub, motivata u ffirmata.
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil DZHIHANGIR Ibryam għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
—
Ksur tar-Regola 20(7)(a) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità;
—
Mutatis mutandis l-Artikolu 53(2)(c) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur tar-rikorrent għall-istampa tal-pakkett “Djili” miktuba b’ittri ħomor fuq pakkett blu bl-immaġni ta’ pappagall u fir-rigward tad-drittijiet tar-rikorrent li juża isem kummerċjali għal prodotti fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-17/06 “Céline”;
—
Kwalunkwe dispożizzjoni legali rilevanti oħra.