16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/31
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2017 – TN vs ENISA
(Kawża T-461/17)
(2017/C 347/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: TN (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-ENISA tal-25 ta’ Novembru 2016, li tirrevoka l-offerta tagħha ta’ impjieg, li abbażi tagħha r-rikorrent kellu jinħatar fil-pożizzjoni ta’ kap tad-diviżjoni tas-servizzi speċifiċi għall-impriżi u tar-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-ENISA tal-20 ta’ April 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
tordna l-ħlas ta’ kumpens lir-rikorrent għad-danni materjali u morali mġarrba;
—
tikkundanna lill-ENISA għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tar-rikorrent.
—
Ir-rikorrent isostni li l-offerta ma setgħetx tiġi rrevokata peress li kuntratt kien diġà ġie konkluż u dan jikkontesta l-argumenti tal-konvenuta insostenn tal-oppost.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq it-trattament illegali tad-data personali tar-rikorrent u fuq il-ksur tal-Artikolu 12 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tal-obbligu ta’ diliġenza u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.
—
Ir-rikorrent ma ngħatax smigħ qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni kkontestata li tiġi rrevokata l-offerta ta’ impjieg.