2.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 330/11
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2017 – Raise Conseil vs EUIPO – Raizers (RAISE)
(Kawża T-463/17)
(2017/C 330/14)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Raise Conseil (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Raizers (Pariġi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “RAISE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 508 967
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1606/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiddikjara invalida t-trade mark tal-Unjoni Ewropea RAISE Nru 11 508 967 minħabba l-assenza ta’ karattru distintiv fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tas-servizzi segwenti tal-klassi 36: “Affarijiet finanzjarji; informazzjoni finanzjarja; ġestjoni finanzjarja; servizzi ta’ finanzjament; analiżi finanzjarja; ġenerazzjoni jew investiment ta’ kapital; konsultazzjoni fil-qasam finanzjarju; sponsorizzazzjoni finanzjarja; self (finanzjament); stimi finanzjarji (assigurazzjonijiet, banek, proprjetà immobbli); ġenerazzjoni u investiment ta’ fondi; trasferiment ta’ krediti; ħruġ ta’ bonds; kwotazzjonijiet fil-Borża; sensarija fil-Borża; affarijiet monetarji; tranżazzjonijiet ta’ kambju; stimi u perizji fiskali; servizzi ta’ tfaddil; bank dirett; ħruġ ta’ ċekkijiet tal-ivjaġġar jew ta’ karti ta’ kreditu; affarijiet immobiljari; stimi immobiljari”;
—
tikkundanna lill-kumpannija Raizers, li ressqet il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, sabiex tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tal-kumpannija Raise Capital, inklużi l-ispejjeż marbuta mar-rappreżentanza.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.