18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/38
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 – Sensotek vs EUIPO – Senso Tecnologie (sensotek)
(Kawża T-470/17)
(2017/C 309/51)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sensotek GmbH (Reichenbach an der Fils, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Senso Tecnologie Srl (Ruma, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “sensotek” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 648 871
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1953/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.