18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/39
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – Edison vs EUIPO (EDISON)
(Kawża T-471/17)
(2017/C 309/52)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Edison SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Martucci u I. Gatto, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Europea li tinkludi l-element verbali “EDISON” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 315 991
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2017 fil-Każ R 1355/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Esklużjoni żbaljata mill-Klassi 4 tal-“Enerġija Elettrika” peress li ma taqax taħt “fuel (including motors spirits)”, “motor fuels” u “illuminants” tat-Tmien edizzjoni tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza.